Service Type: Servizzi Onlajn2
Revoka ta’ Prokuri Ġenerali bejn Persuni
Fittex fir-Revoka ta’ Prokura
Avviz Importanti
*Tip ta’ Prokuri:
- Ġenerali – Revoka tal-prokuri ġenerali kollha li jkunu ngħataw lil persuni.
- Speċjali (Kollha) – Revoka tal-prokuri speċjali kollha li jkunu ngħataw lil persuni dwar proprjetà immobbli biss.
- Speċjali (Speċifiku) – Revoka ta’ prokura speċjali waħda jew aktar bejn persuni fir-rigward ta’ proprjetà immobbli biss.
- Ġenerali u Speċjali (Ġ&S) – Revoka tal-prokuri ġenerali u speċjali kollha.
X’inhi d-differenza bejn prokura (POA) ġenerali u prokura speċjali?
Prokura ġenerali tagħti jeddijiet mifruxa lill-mandatarju. Il-mandatarju jkun jista’ jieħu deċiżjonijiet mediċi, jagħmel għażliet legali u jieħu deċiżjonijiet finanzjarji u ta’ negozju. Prokura speċjali tillimita l-għażliet u deċiżjonijiet li jista’ jieħu l-mandatarju. Pereżempju, il-mandant jista’ sempliċiment jagħti awtorizzazzjoni sabiex tinbiegħ proprjeta` partikulari. Din il-prokura speċjali tkun marbuta mat-trasferiment ta’ proprjeta` immobbli biss – minn hawn ‘il quddiem imsemmija bħala ‘Speċifika’. F’dan il-każ wieħed irid jipprovdi kopja tal-prokura speċjali li qiegħda tiġi mitmuma.
Għaldaqstant, jista’ jkollok għadd ta’ prokuri speċjali differenti, b’awtorizzazzjonijiet speċifiċi differenti u b’mandatarji differenti għal kull waħda. Wieħed jista’ għalhekk jittermina l-prokuri speċjali kollha li jirrigwardaw proprjeta` immobbli – minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala ‘Speċifiċi – Kollha’.
Fittex fl-Arkivji
Uża l-lista t’hawn taħt sabiex tara jekk it-testmenti u/jew inter vivos għal kwalunkwe sena speċifika jkunux ġew depożitati fl-Arkivji Nutarili.
Ordna u Ixtri Atti / Testmenti Onlajn
Biex tordna u tixtri att jew testment, jekk jogħġbok ikklikkja hawn. Għandek tirċievi SMS u email li jkun fihom ir-referenza tal-ordni tiegħek.
L-ordni tiegħek tiġi stampata mill-impjegati tal-Front Office fejn tiġi indiċjata, jiġifieri l-post tal-volum jinstab minn database interna. Il-volum jiġi maqlugħ mill-arkivji u jgħaddi għat-taqsima tat-tfittxija, fejn l-att ordnat jinstab permezz tad-dettalji pprovduti. Huwa importanti li d-dettalji pprovduti jinkludu l-isem tan-Nutar, id-data tal-kuntratt jew it-testment ordnat, u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali bħall-isem u l-kunjom tal-partijiet, it-testaturi, jew l-indirizz tal-proprjetà.
Ladarba jkun misjub l-att jew it-testment, il-volum jgħaddi għat-taqsima tal-iskenjar flimkien mal-ordni. Il-kuntratt jew testment jiġi skenjat permezz ta’ overhead scanners moderni mixtrija apposta biex titnaqqas il-ħsara fuq il-volumi misjuba fl-arkivji. Ladarba jkun ġie skenjat, il-volum jiġi mqiegħed mill-ġdid fil-post oriġinali tiegħu filwaqt li l-ordni tgħaddi għand it-taqsima tal-ikkatalogar. Din it-taqsima tieħu ħsieb li tipprepara l-isken biex jittella’ onlajn. Dan il-proċess jirrikjedi li l-katalogatur jagħmel il-cropping tal-paġni jekk ikun meħtieġ, u jaqsam il-kuntratt f’partijiet differenti (jiġifieri f’Kuntratt, Dokumenti Mehmuża, Pjanijiet u Dokumenti tat-Taxxa). Ladarba jkun lest, l-informazzjoni tal-kuntratt jew tat-testment tiddaħħal fis-sistema u d-dokument jittella’ fuq notarialacts.gov.mt, fejn ikun disponibbli fi ftit sigħat. Malli dan iseħħ, tiġi infurmat permezz ta’ SMS u email li l-ordni tiegħek hija lesta.
Ħlasijiet
Il-ħlasijiet għal servizzi mogħtija mill-Arkivji Nutarili huma kif ġej:
- Fotokopji legali (awtentikati): €1.20 kull paġna
- Fotokopji informali: €0.70 kull paġna
- Spezzjonijiet ta’ atti nutarili: €0.60 kull att
- Fotokopji mitluba mir-riċerkaturi: €0.10 kull paġna (wara li jippreżenta l-awtorizzazzjoni rikjesta skont il-liġi)
Lista Aġġornata tan-Nutara
Kull sena l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern jaġġorna l-lista ta’ nutara f’Malta u Għawdex, liema lista tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern Lista Tan-Nutara u Konservaturi, li wieħed jistà jara fil-pubblikazzjonijiet ta’ din il-websajt;