Jeżisti servizz lil persuni li jkunu qegħdin jagħmlu riċerka għal skopijiet purament storiċi, letterarji jew xjentifiċi. Dawn il-persuni għandhom jissottomettu applikazzjoni għal dan il-għan. Meta tingħata l-approvazzjoni minn Nutar Prinċipali tal-Gvern, u dejjem jekk ikunu ġew osservati kundizzjonijiet oħrajn, ir-riċerkaturi inkwistjoni jiġu eżentati mill-ħlas ta’ drittijiet li normalment jintalbu sabiex wieħed ikun jista’ jara atti nutarili. Huma jgawdu wkoll minn rati ta’ ħlas imnaqqsa għal servizzi ta’ fotokopjar mogħtija mid-Dipartiment. Riċerkaturi u studjużi jingħataw aċċess għal numru ta’ volumi b’sistema ta’ appuntamenti privati.