X’inhi prokura?

Prokura hija dokument legali li jawtorizza persuna oħra, imsejħa mandatarju, sabiex jaġixxi għan-nom tal-persuna li tkun għamlet il-prokura, imsejħa l-mandant, f’każ li l-mandant ma jkunx jista’ jieħu d-deċiżjonjiet neċessarji huwa jew hija stess.

Kif intemm Prokura Ġenerali jew Speċjali għal proprjeta` immobbli?

Ir-revoka ta’ dawn il-prokuri hija biss applikabbli:

  1. fir-rigward ta’ prokuri magħmula bejn persuni; għaldaqstant, kumpaniji, entitajiet eċċetra huma esklużi;
  2. fir-rigward tal-prokuri ġenerali kollha bejn persuni;
  3. fir-rigward ta’ prokuri speċjali li jkunu dwar proprjetà immobbli. Għalhekk, prokuri speċjali dwar immobbli jew prokuri magħmula għal tranżazzjonijiet bankarji (eż. sabiez jissarrfu ċekkijiet tal-pensjoni) huma esklużi. Fil-każ tal-aħħar, dawn ikunu jridu jiġu revokati billi wieħed jinnotifika l-banek rispettivi.

Tkun trid timtela waħda minn dawn iż-żewġ formoli pprovduti mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. Il-formoli huma: Formola RPG (Revoka ta’ Prokura Ġenerali) jew Formola RPS (Revoka ta’ Prokura Speċjali). Fiż-żewġ każijiet trid tiġi ppreżentata l-karta tal-identità ta’ min qiegħed jirrevoka. Fil-każ tal-Formola RSP tkun trid tipprovdi kopja tal-prokura speċjali partikulari li tixtieq tirrevoka.

Ħlas
Jintalab ħlas ta’ €50 għal kull applikazzjoni li tiddaħħal.

Żmien għall-Ipproċessar
L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern jipproċessa l-applikazzjonijiet kollha onlajn mit-Tnejn sal-Ġimgħa (minbarra l-festi pubbliċi) sat-15.00. Il-lista ta’ applikazzjonijiet tiġi aġġornata onlajn kuljum.

Dikjarazzjoni ta’ Caħda ta’ Responsabbiltà
L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern ma jkunx responsabbli għal kwalunkwe użu ta’ prokuri fi kwalunkwe ġurnata fejn xi applikazzjoni għar-revoka ta’ tali mandati ma tkunx ġiet imdaħħla onlajn sat-15.30.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.