FAQs

Testment pubbliku jittella’ biss fuq l-internet jekk ikun ikkonfermat li t-testaturi jkunu mietu. Testmenti li għandhom aktar minn 100 sena jistgħu jittellgħu wkoll onlajn.

Bħalissa l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern jinsab fil-proċess kontinwu li jiskennja l-kuntratti kollha u għalhekk wieħed mhux se jsib kull kuntratt fuq il-portal tal-Atti Nutarili. Madankollu, jekk il-kuntratt ma jinstabx fuq il-portal, wieħed jista’ jissottometti talba online għal dak il-kuntratt partikolari u fi żmien 5 ijiem il-kuntratt jittella’ fuq il-portal.