FAQs

Is-servizz tal-provvista ta’ kopji tal-kuntratti mill-Arkivji Nutarili huwa marbut ma’ Quality Service Charter bl-obbligu li tingħata kopja fi żmien 5 ijiem jew inqas. Huwa biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali li n-Nutar Ewlieni tal-Gvern jista’ jawtorizza li tinħareġ kopja fi żmien jum jew jumejn mid-data tal-ordni.

It-teħid tar-ritratti huwa strettament ipprojbit.

Jista’ jkun il-każ li l-volum għadu ma ġiex iddepożitat fl-arkivji għax xorta jkun għand l-uffiċjal reviżur. F’każ bħal dan, wieħed jista’ jikseb biss kopja tal-kuntratt mingħand in-Nutar li ppubblika l-kuntratt.

Diversi volumi notarili fl-Arkivji Nutarili huma mħassra mill-gwerra. Madankollu wieħed jista’ jara r-replika tiegħu fl-arkivji sekondarji f’217 Triq San Pawl Valletta.

In-Nutara Għawdxin jiddepożitaw il-volumi tagħhom li fihom l-atti u t-testmenti oriġinali fl-Arkivji Nutarili f’Għawdex. Is-sistema online tal-ordnijiet tal-kuntratti fuq il-portal tal-atti nutarili tapplika wkoll għall-kuntratti ppubblikati min-Nutara Għawdxin.

Iva. Fuq il-websajt tal-Arkivji Nutarili, hemm lista tan-Nutara kollha bil-volumi depożitati tagħhom fuq bażi annwali. Din il-lista tiġi aġġornata meta jinġabru volumi ġodda mingħand in-Nutar.

It-testment jista’ jidher biss mit-testatur. Jista’ jidher mill-pubbliku biss jekk it-testaturi ma jkunux ħajjin. Kopja tat-testment tista’ tinġabar f’isem it-testatur malli tiġi ppreżentata prokura speċjali. kampjun ta’ prokura jista’ jinkiseb mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.