Arkivji Nutarili

Notarial Volumes on Shelves

L-Arkivji Nutarili imorru lura għal żmien l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Huma ġew imwaqqfa mill-Gran Mastru Lascaris bis-saħħa ta’ strument legali datat l-10 ta’ Lulju 1640. Dan l-strument kien ġie reġistrat fl-Atti tal-Ordni u jinsab fil-Manuskritt numru 469, ff. 260-261, fil-Librerija Nazzjonali ta’ Malta. In-Nutar Salvatore Ciantar kieb l-ewwel Arkivist. L-eqdem volum ta’ atti nutarili ppriservat fl-Arkivji huwa dak tan-Nutar Paolo Bonello li jmur lura sal-perjodu bejn l-1465 l-1521.

L-Arkivji Notarili huma sors għani ta’ riċerka. Atti u rekords nutarili, li huma dokumenti legali, jiġu miflija u studjati ta’ spiss u studjati prinċipalment għall-implikazzjonijiet legali tagħhom, , sabiex jiġi stabbilit l-għerq tat-titlu għall-proprjeta`, sabiex jiġu rintraċċati l-ereditajiet u b’mod ġenerali għall-iċċekkjar ta’ drittijiet u doveri legali hekk kif regolati minn ftehim bil-miktub.

Iżda, speċjalment fejn jidħlu rekord aktar antiki, mill-bidu tas-seklu li għadda sa żminijiet aktar bikrija, l-Arkivji Nutarili huma sors primarju għar-riċerka storika.