Kantilena

Dan id-dokument huwa l-eqdem opra letteratarja li qatt instabet miktuba bil-Malti. Il-poeżija Xideu il-Qada, magħrufa bħala Il-Kantilena, inkitbet b’Malti medjevali min-Nutar Pietru Caxaro madwar is-sena 1450. Ġiet skoperta mill-Prof. Godfrey Wettinger u Patri Mikiel Fsadni fit-22 ta’ Settembru 1966. Il-poeżija tniżżlet bil-kitba min-neputi tiegħu Brandano Caxaro, fir-reġistru nutarili tiegħu (datat 1533–1536). Id-dokument oriġinali jinstab fl-Arkivji Nutarili ġewwa l-Belt.