Struttura

Is-Sezzjoni Nutarili tippubblika atti li fihom il-Gvern, kwalunkwe korp imwaqqaf b’liġi jew awtorizzat mill-Ministru skont il-każ, jew kwalunkwe soċjeta` jew korp ieħor li fih il-Gvern għandu involviment li jagħti kontroll, huwa parti. Is-Sezzjoni Nutarili jkollha kuntatt dirett ma’ bosta dipartimenti tal-Gvern sabiex jitwettqu ċerti politiki u attivitajiet. Qabel ma jiġi ppubblikat att jinġabru d-dettalji u jiġu pproċessati permezz ta’ formola dipartimentali apposta (li tinsab ukoll fuq l-intranet tal-Gvern) li tispeċifika li l-informazzjoni mitluba għandha tintuża għall-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta’ att pubbliku li fuqu qiegħed jidher is-suġġett tad-dejta flimkien mal-Gvern (u b’hekk tkun qed tingħata informazzjoni dwar ipproċessar ġust u legali lis-suġġett tad-dejta li jkun ta l-kunsens tiegħu permezz tal-firma fuq l-applikazzjoni.

Dan l-Uffiċċju jipproċessa wkoll dettalji li jirrigwardaw ir-riżorsi umani fid-dipartiment skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data u skont ir-regolamenti u politiki mniżżlin fil-Public Service Management Code. Id-dipartiment jipproċessa wkoll applikazzjonijiet minn studenti li ggradwaw bħala nutara sabiex jagħmlu l-eżami għall-warrant ta’ nutar.

Is-servizzi mill-arkivju jingħataw skont il-Kap 55 tal-Liġijiet ta’ Malta. L-Arkivji Nutarili huma repożitorju għaż-żamma u l-ħarsien ta’ atti nutarili.Fl-Arkivju jiġu depożitati atti “inter vivos” u testmenti pubbliċi ppubblikati minn nutara li kienu jew għadhom jipprattikaw f’Malta, fosthom atti ppubblikati minn nutara tal-Gvern. L-atti oriġinali jinsabu fil-fond nru 2, Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt, filwaqt li r-reġistri (traskrizzjonijiet fidili) tal-istess jinsabu ġewwa l-fond nru 24, Triq San Kristofru, il-Belt.